Ministry for Resources and Rural Affairs
Rural Affairs and Paying Agency spacer
spacer
spacer
spacer

Agriculture

|

Information & Promotion Unit

|

Plant Health

|

Managing Authority

|

Paying Agency

|

CAP Reform

|

Info Nitrates

 
Design Spacer Design Spacer Design Spacer
 
Home : Plant Health Directorate : News : Notices : Tomato Registration Maltese

Plant Health

Tomato Registration Maltese

Design Spacer
 
Bullet Profile
Dotted Line
Bullet Acts and Legal Notices
Dotted Line
Bullet Publications and Articles
Dotted Line
Bullet News
Dotted Line
Bullet Downloads
Dotted Line
Bullet Contact Us
Dotted Line
Bullet Subscribe to be Notified
Dotted Line
Bullet Plant Biotechnology Centre
Dotted Line
Bullet Rural Affairs Laboratories
Dotted Line
Bullet Surveillance and Inspectorate Unit
Dotted Line
Bullet Diagnostic and Control Unit
Dotted Line
Bullet Seeds and Other Propagation Material Unit
Dotted Line
Bullet Administration
Dotted Line
Bullet Photo library
Dotted Line
Bullet Links
Design Spacer
 

Reġistrazzjoni ta’ xtieli tat-tadam għall-kontroll tal-Baħrija tat-Tadam

(Tuta absoluta)

(Avviż tal-Gvern Nru. 879 tas-27 t’Awwissu 2010)

 

Kull min ikabbar it-tadam (professjonalment jew b’delizzju) jew kull entita’ legali responsabbli minn proprjeta’ fejn jinżammu u/jew fejn ser jiġu kkultivati xtieli tat-tadam (Lycopersicon lycopersicum (L.)) bejn Settembru u Diċembru 2010, huwa obbligat jirreġistra mad-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti sal-15 ta’ Settembru 2010.

 

Din ir-reġistrazzjoni tapplika għal kull min ikabbar it-tadam, inkluż mixtliet li ser ikabbru xtieli jew żrieragħ tat-tadam, kif ukoll individwi li ser ikabbru xtieli tat-tadam għall-użu tagħhom personali matul il-perijodu indikat.

 

Kull min ikabbar it-tadam u ma jirreġistrax mad-Direttorat jista’ jkun suġġett għal miżuri ta’ nfurzar skont kif stipulat fl-Avviż Legali 26 tal-2010, fin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 233 tal-2010 u fl-Att tal-Kwarantina tal-Pjanti.

 

1. Għall-bdiewa li se jkabbru t-tadam għall-iproċessar jew għall-mejda

Niżżel il-formola tar-reġistrazzjoni (hawn) (biex tkompli fuq paġni oħra (hawn)

Sib il-linji gwida dwar kif għandek timla l-formola tar-reġistrazzjoni (hawn)

Dawn il-bdiewa huma mitluba jirreġistraw billi jiġu d-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti (Lija, Malta) jew il-Government Farm (Xewkija, Għawdex) fid-dati u fil-ħinijiet indikati hawn taħt.

 

2. Għal dawk li jkabbru t-tadam għall-użu personali tagħhom

Niżżel il-formola tar-reġistrazzjoni (pdf, word)

Sib il-linji gwida dwar kif għandek timla l-formola tar-reġistrazzjoni (hawn)

F’każ li wieħed isib xi diffikulta’ biex jimla’ din il-formola, għandu jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti fuq il-Freephone 8007 2310.

 

3. Għal dawk li jkabbru t-tadam f’mixtliet irreġistrati

Niżżel il-formola tar-reġistrazzjoni (hawn)

Sib il-linji gwida dwar kif għandek timla l-formola tar-reġistrazzjoni (hawn)

F’każ li wieħed isib xi diffikulta’ biex jimla’ din il-formola, għandu jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti fuq il-Freephone 8007 2310.

 

Il-formoli tar-reġistrazzjoni jistgħu jinġabru wkoll mid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti, Ċentru tal-Bijoteknoloġija, Triq Annibale Preca, Lija (Malta) jew mill-Farm tal-Gvern ix-Xewkija (Għawdex) fid-dati u fil-ħinijiet indikati hawn taħt.

 

Kif għandek tagħmel biex tirreġistra

 

Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti ser ikun qed jilqa’ l-formoli għar-reġistrazzjoni tat-tadam bejn l-1 u l-15 ta’ Settembru 2010 bejn it-8.00 ta’ filghodu u s-1.00 ta’ wara nofs in-nhar fl-uffiċini indikati hawn taħt:-

MALTA:  Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti, Ċentru tal-Bijoteknoloġija, Triq Annibale Preca, Lija.

GĦAWDEXGovernment Farm, Xewkija.

 

IMPORTANTI:  Dawk li ser jirreġistraw it-tadam għandhom jġibu magħhom il-Karta tal-Identita’, il-pjanti (IACS) u d-dettalji tal-għelieqi/serer li huma (jew ser jiġu) kkultivati bit-tadam

 
 
Disclaimer | Privacy Policy | Copyright | Accessibility Statement | Help | FAQ's | Sitemap | Contact Form
Bookmark This Site | Homepage | Contact Us
 
 
Gov.mt Logo Government of Malta | © Ministry for Resources & Rural Affairs